Ilkoll nafu s-sitwazzjoni – inkunu rridu nilbsu bluża jew qalziet partikolari
meta dawn ikunu maħmuġin. Allura nqegħduhom fil-magna tal-ħasil u naħsluhom
waħedhom. Il-problema hi l-ċertu magni tal-ħasil jużaw l-istess ammont
ta’ elettriku u ilma, ikun hemm kemm hemm ħwejjeġ fihom.
Għalhekk għaliex ma tqiegħedx aktar affarijiet u timla l-magna kif
suppost?
Hekk, ser tiffranka l-flus billi taħsel aktar ħwejjeġ filwaqt li qed
tuża l-istess ammont ta’ enerġija u ilma. U l-ħasla tiegħek xorta ser
tkun nadifa, kif int tixtieqha.