L-ammont ta’ deterġent li għandek tuża jiddependi fuq l-ebusija ta’ l-ilma fiż-żona tiegħek u l-livell ta’ ħmieġ fil-ħasla tiegħek. Meta ssegwi l-istruzzjonijiet ta’ fuq il-pakkett, inti ser tiżgura li ser ikollok l-aħjar riżultati filwaqt li tkun qed tgħin lill-ambjent.

Billi l-manifatturi kontinwament qed jipprovaw ittejbu l-prodotti tagħhom, madankollu dawn l-istruzzjonijiet jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.

Għalhekk, jekk jogħġbok, iċċekkja l-istruzzjonijiet regolarment, anke jekk dejjem tuża l-istess ditta.
Jekk inti trid aktar tagħrif dwar din il-kampanja, jekk jogħġbok ikkuntattja l-assoċċjazzjoni ta’ l-industrija lokali.

[detergent industry initiative] - [menu]