|

Ħafna nies għadhom jaħsbu li t-temperaturi għoljin huma meħtieġa għal
ħasla nadifa. Fil-fatt ħafna mid-deterġenti tal-ħasil ta’ llum jaħdmu
sew f’temperaturi baxxi. Għalhekk ħasil f’temperaturi għoljin ġeneralment
mhumiex meħtieġa u b’hekk tiġi kkonsmata aktar enerġija milli hemm bżonn.
Allura għaliex ma teħodhiex drawwa
li tissettja t-temperatura fuq l-40°C jew anke inqas, skond il-ħwejjeġ
li qed taħsel? Tista’ tiffranka sa +/- 50% ta’ enerġija, taqta’ mill-kont
tad-dawl, u l-ħasla tiegħek xorta tiġi nadifa daqs kemm tixtieqha int!
|